Il-Ħadd, 29 ta' Jannar 2006398796 il-visitatur f'dan is-sit.

Il-Kunsill Tiegħek
                                                          

                                  

Nistiednu ż-Żgħażagħ Vendriżi li għadhom ma għandomx aktar minn tmintax-il sena biex jieħdu sehem attiv u japplikaw mal-Aġenzija taż-Żgħażagħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp.








INDIRIZZ



Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera SVR 1013


IMWAQQAF

L-ewwel elezzjoni 19 ta' Marzu 1994 L-ewwel laqgħa 7 ta' April 1994


SKOP

Korp statutorju ta' Gvern Lokali b'personalitá legali distinta bis-setgħa li jagħmel kull kuntratt, li jħarrek jew jiġi mħarrek u li jagħmel kull ħaġa oħra li hi inċidentali jew meħtieġa fil-qadi tal-funzjonijiet (servizzi) tiegħu.


UFFIĊJALI INKARIGATI

Horace J. Anastasi, Sindku
Joseph M. Formosa, Aġent Segretarju Eżekuttiv

Ex-Sindki

Michael Caruana (1994 - 2005) 
Stephen Sultana (2005 - 2008)
Elizabeth Vella (2008 - 2010)

FEJN JISTGĦU JIĠU KKUNTATTJATI

Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera SVR 1013
Tel: 21491030 Fax: 21491664 

Ibagħtilna Email


SERVIZZI

Tindif ta' toroq u postijiet pubbliċi
Tiswijiet ta' toroq u bankini
Twaħħil ta' tabelli u sinjali tat-traffiku
Manutenzjoni ta' ġonna pubbliċi Zamma ta' latrini pubbliċi Ċentri għall-Anzjani
Ħarsien ta' l-ambjent
Wirt kulturali
Servizz ta' informazzjoni Rakkomandazzjonijiet u pariri lill-awtoritajiet kompitenti Sehem fid-deċiżjonijiet biex jissemmew toroq ġodda Ipproċessar ta' ilmenti mressqa miċ-ċittadini Ftehim ma' kull korp pubbliku għal xi delega partikolari Skema biex jiġu assenjati ħaddiema manwali tal-Gvern Ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fir-rigward tal-final road re-instatment wara tiswijiet Ftehim mad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi biex imexxi l-librerija tal-lokal Infurzar ta' liġijiet bl-introduzzjoni tal-Gwardjani u t-Tribunali Lokali Ġbir ta' kera fil-lokalitá ta' proprjetá tal-Gvern Introduzzjoni ta' sistema kompjuteriżżata dwar l-ilmenti (Customer Care) Bus Shelters  Bdil ta' bozoz maħruqa
Ġbir tal-liċenzji tal-Pulizija li issa qed joħorġu minn awtoritajiet
Ħruġ ta' permessi għal attivitajiet lokali u temporanji 


Aħbarijiet

Estratt mill-korrispondenza datata 19 ta' Awissu, 2011 li rċevejna mingħand it-Transport Malta rigward Introduzzjoni ta' rotta ġdida li tgħaddi minn Santa Venera u Fleur de Lys - X6.


B'effett mill-11 ta' Settembru 2011 ser tiġi ntrodotta rotta ġdida li tgħaqqad iċ-Ċirkewwa mal-Belt Valletta. Din ir-rotta ser tibda miċ-Ċirkewwa u ser tieqaf l-Għadira, Mellieħa interchange, Xemxija, il-Mosta, Birkirkara interchange, il-bus stops kollha li hemm fi Triq Fleur de Lys u Triq il-Kbira San Ġużepp (Santa Venera u l-Ħamrun) u tispiċċa l-Belt Valletta. Ir-rotta lura ser tkun qed issegwi l-istess traġitt.

Din ir-rotta ser ikollha frekwenza ta' kull siegħa.

Dan is-servizz huwa maħsub sabiex ikompli jwessa' l-firxa ta' rotot minn lokalitajiet diversi għal ġewwa l-Belt.

Estratt mill-korrispondenza datata 22 ta' Awissu, 2011 li rċevejna mingħand it-Transport Malta rigward Introduzzjoni ta' rotta ġdida - 54

B'effett mill-11 ta' Settembru 2011 ser tiġi ntrodotta rotta ġdida li ser tkun qegħda tgħaddi minn ġewwa Triq Psaila / Triq il-Ferrovija għall-Belt Valletta. Ir-rotta lura ser tkun qed issegwi l-istess traġitt.

Din ir-rotta ser tibda mill-lokalita' ta' Ħ'Attard u ser tgħaddi minn Balzan u l-interchange ta' Birkirkara, bl-aħħar waqfa tkun ġewwa il-Belt Valletta. Din ir-rotta ser ikollha frekwenza ta' kull siegħa.

Din ir-rotta l-ġdida hija maħsuba sabiex ittejjeb is-servizz tat-trasport pubbliku fl-imsemmi inħawi. 

FESTIVAL KUTRUMBAJSA – FESTIVAL INTERNAZZJONALI GĦAT—TFAL U ż-ŻGĦAŻAGĦ

 

 

Iċ-Ċentru għall-Kreattivitŕ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu qiegħed ifittex tfal u żgħażagħ ta’ talent,

sabiex jipparteċipaw fil-Festival Internazzjonali KUTRUMBAJSA -International Arts Festival, għat-tfal u ż-żgħażagħ, li ser isir f'Novembru 2011.

 

 

Il-kandidati nominati m'għandhomx ikunu fuq l-etŕ 15 –il sena sax-xahar ta 'Novembru, u għandhom

ikunu kisbu sa Grade 6/ Livell Intermedju fil-qasam rispettiv tagħhom.

 

 

Kull min hu interessat għandu jissottometti proposta li tikludi:

 

 

· Dettalji ta’ fejn il-persuna tista tiġi kkuntattjata.

 

· Il-Ġeneru ta' l-arti in-kwistjoni.

 

· Deskrizzjoni fil-qosor tal-performance.

 

· L-aktar livell reċenti ta’ abilitŕ miksuba mill-artist.

 

· Ikun preferibbli illi tiġi iprovduta recording tal-performance.

 


Ser ikun hemm shortlisting ta' l-aħjar proposti u l-kandidati ser jiġu sottoposti proċess ta' auditions.

 

NITLOBKOM TINNUTAW ILLI L-KUNSILLI LOKALI M'HUMIEX OBBLIGATI ILLI JIPPARTEĊIPAW F'DIN L-ATTIVITA'

 

 

Il-Proposti kollha għandhom jiġu sottomessi sa nofsinhar tat-30 ta’Settembru 2011. Intom

ġentilment mitluba tindirizzaw il-proposta tagħkom lil: Is-Sna. Sarah Spiteri, Kutrumbajsa – Kunsilli Lokali, Kavallier ta' San Ġakbu (St. James Cavalier), Pjazza Kastilja, Valletta, VLT 1060, jew b'email lil: kutrumbajsa@sjcav.org 
b'
LOCAL COUNCIL PROJECT fis-suġġett.








 




L-aħħar aġġornament: 30/11/2011 15:49.
Segretezza Personali  |  Caħda  |  Drittijiet ta' l-Awtur  |  GOV.MT  |  Dipartiment tal-Gvern Lokali  |  Ikkuntattjana
Site design & development Lomby